Ritratti: It-toroq Maltin mgħarrqa mill-ġdid

Read in English.

Diversi persuni qed itellgħu ritratti u filmati fuq il-midja soċjali li juru t-toroq madwar Malta mgħarrqa minħabba l-maltempata li ħakmet lill-gżejjer Maltin fl-aħħar 24 siegħa.

It-toroq inbidlu fi xmajjar f’diversi lokalitajiet. Filmat imtella fuq il-paġna ta’ Facebook The Weather Page Malta juri filmat ta’ karozzi mgħarrqa fis-Swieqi.

Intant, toroq f’Pembroke ukoll intlaqtu minn ilmijiet kbar kawża tal-maltemp. Dan deher f’ritratt partikolari mtella’ minn Maltese Roads Traffic Updates fuq Facebook.

Maltese Roads Traffic Update

Oħrajn tellgħu ritratti ta’ sħab iswed, tromba fuq il-baħar u sajjetti.

Intant, il-paġna Malta Weather qalet li fil-Mellieħa Malta għandha n-Niagra Falls hekk kif l-ilma tax-xita jidher nieżel b’saħħtu minn fuq taraġ fil-lokalità.

Filmat: Elton Agius

L-istess paġna sostniet li l-pubbliku għandu jlesti ruħu għal aktar maltempati tax-xita, li jistgħu jkunu qawwija, bir-ragħad u anke bis-silġ żgħir. Qalet li l-maltemp jidher li se jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta li ġej.

Filmati oħrajn juru l-ostakli li qed ikollhom jaffaċċjaw is-sewwieqa li ma jinkludux biss l-ilma, iżda wkoll oġġetti li qed jitkaxkru mill-ilma inkluż bollards li spiċċaw jgħumu f’nofs ta’ triq.

Filmat: Mark Zarb

Fil-Ħamrun, fit-Triq il-Kbira San Ġużepp:

Filmat: Henry Spiteri

Il-maltemp ilu għaddej sa mil-bieraħ fejn diversi toroq spiċċaw mgħarrqa wkoll kawża tas-saħħa tax-xita.

Għandek xi ritratti jew filmati?
Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt