Ritratti: It-tim ta’ United jirrilassa f’Marabella

Il-plejers ta’ Manchester United dehru qed jirrilassaw ħdejn il-pixxina f’Marabella wara li l-maniġer Ole Gunnar Solskjaer imbutthom aktar mis-soltu fit-training din ix-xitwa. Filwaqt li l-maltempata msemmija Ciara qed tħalli ħerba sħiħa fl-Ingilterra, l-istilel ta’ United kellhom il-ħin biex jirrilassaw flimkien u jibdew bil-preparamenti għall-aħħar imbuttatura tal-istaġun.

Il-partitarji qed jisperaw li waqt dan iż-żmien Bruno Fernandes, li għadu kemm ingħaqad mat-tim, isir jaf aħjar il-bqija ta’ sħabu u b’hekk fl-aħħar logħbiet tal-istaġun ikun jista’ jħalli impatt. Fernandes wasal ġewwa Old Trafford ix-xahar li għadda.

United se jkunu lura fl-azzjoni nhar it-Tnejn. Huma se jmorru Londra biex jilagħbu kontra Chelsea ġewwa Stamford Bridge.