Ritratti: It-tim nazzjonali tal-handball b’aktar esperjenza fi Sqallija

It-tim nazzjonali tal-handball tan-nisa kien mistieden biex jattendi għal kamp ta’ taħriġ ġewwa Erice fi Sqallija. It-tim Malti kellu wkoll l-opportunità li jilgħab żewħ logħbiet ta’ ħbiberija kontra t-tim AC Life Stile Handball Erice. Dan huwa tim li ġie ffurmat għal dan l-istagun wara li kienu ilu numru ta’ snin nieqes mix-xena tal-handball fl-Italja.

 It-tim Sqalli hu magħmul minn varjetà ta’ plejers minn diversi nazzjonalitajiet li jinkludu wkoll numru ta’ plejers b’esperjenza f’timijiet nazzjonali u plejers li kienu jilagħbu fl-għola diviżjoni Taljana. In-nisa Maltin taw wirja soda fl-ewwel logħba iżda spiċċa fuq in-naħa telliefa bl-iskor ta’ 40-27.

Fit-tieni logħba t-tim Malti ħareġ aktar iffukat u rebaħ il-logħba bl-iskor ta’ 27-28.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball (MHA) kella kliem ta’ tifħir għall-prestazzjonijiet u għax-xogħol imwettaq f’dan il-kamp ta’ taħrip. Apparti li n-nisa Maltin kisbu aktar esperjenza fix-xena internazzjonali, it-tim nazzjonali kellu l-opportunità li jsir jaf aktar il-xulxin u jesperimenta sistemi ġodda.