Ritratti: It-tim Malti hu aktar frisk u preparat għal kontra n-Norveġja – Ray Farrugia

Il-coach Malti Ray Farrugia qal li hu konxju biżżejjed li t-tim nazzjonali Norveġiż se joħroġ b’kemm għandu saħħa biex jirbaħ u jżomm il-ħolma li jikkwalifika ħajja. Hu stqarr ukoll li għalkemm it-tim avversarju hu b’saħħtu, it-tim Malti hu preparat sew biex jagħti logħba tajba.

F’konferenza qabel il-logħba li se tintlagħab illejla ġewwa l-Ullevaal Stadium, Farrugia qal li din se tkun logħba importanti għal Malta. Spjega kif it-tim huwa aktar frisk u ppreparat għal din il-logħba meta kkumparat mal-logħob li kellu f’Ġunju.

Waqt il-konferenza, tkellem Joseph Mbong u qal li jispera li l-preparamenti kollha li għamlu bħala tim, jagħtu l-frott waqt id-90 minuta. Il-plejer ta’ Hibs qal li se tkun logħba diffiċli għall-fatt li n-Norveġiżi huma ferm b’saħħithom.

Il-logħba se tibda’ fid-8:45pm.