Ritratti: It-tim Malti għaddej bil-preparamenti għall-UEFA Futsal 2022

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kellu wirja tajba fl-ewwel logħba ta’ ħbiberija minn tnejn kontra l-Bulgarija. Il-Maltin spiċċaw f’parità ta’ 2-2 kontra l-Bulgari, li huma klasifikati fil-95 post fir-ranking dinji tal-futsal.

Fil-preżent Malta hija kklasifikata fil-111-il post.

Il-gowls tal-Maltin waslu mingħand Andy Mangion u Dylan Musú, b’dan tal-aħħar jiskurja minn penalti. Dan ir-riżultat qawwa qalb il-kowċ Zeljko Anicic li għadu kif ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim.

F’Ottubru li għadda Malta kisbet parità ta’ 3-3 kontra l-Armenja.

Dawn iż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija qed iservu bħala preparazzjoni qabel il-logħbiet minn Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni għall-UEFA Futsal Euro 2022, li jibdew l-Erbgħa 28 ta’ Jannar.

Għat tim Malti lagħbu: Brandon Debono (GK), Giancarlo Sammut, Carl Azzopardi, Andy Mangion, Aidan Micallef.

Stefan Vella (GK), Jovica Milijic, Melvin Borg, Dylan Musú, Karl Sciortino, André Ciancio, George Frendo, Firaz Abouleez, Aaron Montebello.

Għat-tim Bulgaru lagħbu: Ismet Idrizov Hadzhiev (GK), Boycho Todorov Marev, Vladimir Atanasov Baharov, Plamen Mikov Stoykov, Marko Kostich.

Stanislav Dimitrov Ivanon (GK), Petar Miroslav Petrov, Dimitar Kostadinov Tsvetanov, Martin Biserov Stoykov, Dobrin Valentinov Mihaylov, Aleksey Anatoliev Stepanov, Pavlin Konstantinov Kuzov, Martin Krasimirov Nedkov, Yulian Evelinov Spasov.

Referees: David Balzan, Pierre Bonnici

Timekeeper: Stephen Vella

Il-bieraħ, it-tim Malti reġa’ lagħab kontra t-tim Bulgaru fit-tieni logħba ta’ ħbiberija u rebħu bl-iskor ta’ 3-1.