Awguri lil Enrique Iglesias u t-tennista Anna Kournikova hekk kif ilbieraħ ħabbru li saru ġenituri għat-tielet darba. Il-kantant ta’ 44 sena għamel l-aħbar uffiċjali permezz tal-Instagram fejn ippubblika wkoll ritratt iżomm l-aħħar addizzjoni fil-familja tiegħu.
Għal-kemm l-aħbar ħariġha lbieraħ it-tarbija fuq ir-ritratt hemm id-data tat-30 ta’ Jannar.
Ħu Enrique, Julio Iglesias Jr, kienet diġà “żelqitlu” waqt intervista fuq programm tar-radju meta qal li hu sar ziju. Dakinhar il-preżentatur qallu li din hi aħbar li kulħadd jaf peress li Enrique u Anna diġà għamlu ziju b’Nicholas u Lucy.
Kien f’dak il-ħin li Julio enfasizza li huwa ziju ta’ tlieta mingħajr ma żvela aktar.

Issa l-aħbar hi waħda uffiċjali hekk kif huma kellhom tifla oħra, li s’issa ma qalux se jkunu qed isemmu.
Iglesias u Kournikova ilhom flimkien għal dawn l-aħħar 20 sena u għalkemm it-tnejn li huma persuni pubbliċi jgħożżu ħafna l-privatezza tal-familja tagħhom u għalhekk minn żmien għal żmien jagħżlu huma l-mumenti li jaqsmu mal-pubbliku ritratti li juru lil uliedhom.
Iglesias kien iddeskriva bħala “inkredibbli” l-fatt li huwa kien missier u żied jgħid li huwa “ wieħed mill-isbaħ sentimenti fid-dinja”.

Iglesias stqarr ukoll li minn mindu sar missier sar ukoll persuna aktar responsabbli.
Awguri lil din il-koppja.