Ritratti: Tfittxija f’Marsalforn fl-aħħar jiem

Għat-tieni jum konsekuttiv il-Forzi Armati ta' Malta komplew bit-tfittxijiet tagħhom għat-Taljana ta' 60 sena residenti Għawdex li għebet minn Marsalforn fil-jiem li għaddew. 

Kelliema għall-AFM qalet ma' Newsbook.com.mt li t-tfittxija qed issir bil-ħelikopter u patrol boat.  Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-mara ħarġet nhar il-Ħadd u ma rritornatx id-dar.
Il-basket tagħha nstab ħdejn l-inħawi magħrufa bħala l-breakwater f'Marsalforn stess.
Ritratti: Ted Attard