​Ritratti: It-tfal jiċċelebraw fis-Seminarju

Is-Seminarju tal-Arċisqof iċċelebra l-ħajja permezz ta’ diversi attivitajiet li saru matul ġimgħa sħiħa.
L-iskola qalet li l-miri tagħha għal din il-ġimgħa kienu biex wieħed jifhem li l-ħajja għandha tifsira, li kulħadd huwa uniku u maħluq minn Alla, biex ikun hemm rispett lejn id-differenzi ta’ kulħadd, u biex l-ambjent naturali jiġi rispettat.
Illum il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Charles Scicluna ndirizzaw lill-istudenti. Saret ukoll presentazzjoni lill-President, lill-Arċisqof, u lill-Membru Parlamentari Ivan Bartolo b’dikjarazzjoni għall-protezzjoni tal-ħajja.
L-istudenti tellgħu play u kien hemm ukoll żfin u kant.
Ritratti: Kurja – knisja.org/ritratti