Ritratti: It-terremot fit-Turkija joqtol 22 persuna

22 persuna tilfu ħajjithom bit-terremot li ħakem it-Turkija lbieraħ. Il-ħaddiema għadhom qegħdin ifittxu lin-nies qalb it-tifrik.

It-terremot kien ta’ qawwa 6.8. Il-provinċja li laqat kienet Elazig, madwar 550 kilometru bogħod mill-belt kapitali Ankara.

18-il persuna nqatlu f’Elazig u erbgħa oħra fil-provinċja ta’ ħdejha, Malatya. Madwar 1,243 persuna jinsabu mweġġgħa u qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet tar-reġjun.

Il-Ministru għall-Intern Suleyman Soylu qal li s’issa ġew salvati 42 persuna, u kkalkulaw li 22 persuna oħra għadhom maqbudin taħt it-tifrik.