Ritratti: It-temp xemxi tar-Rebbiegħa jistaħba fl-ewwel jum

Miguela Xuereb

Minkejja li llum huwa l-ewwel jum tal-istaġun tar-Rebbiegħa jidher li t-temp ma tantx ippermetta għax-xemx li dan iż-żmien huwa l-aktar magħruf għaliha.

Propju llum, it-temp huwa imsaħħab u bix-xita f’xi waqtiet. Skont l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, is-sħab se jibqa’ jippersisti sa filgħaxija. Intant il-gżejjer Maltin jinsabu maħkuma minn riħ qawwi. Dalgħodu, il-bajja tal-Mellieħa sebħet b’ħafna ramel fit-triq ta’ mal-kosta skont ritratti mibgħuta lil Newsbook.com.mt.

Iċċekkja li l-prodotti tal-ħasil ikollhom it-tabella Ecolabel

L-Għaqda tal-Konsumaturi ħeġġet lill-konsumaturi biex jużaw prodotti li ma jniġġsux in-natura. Huma qalu li ħafna prodotti li jintużaw fihom kimiċi li jniġġsu n-natura. Prodotti li ma jniġġsux l-arja jistgħu jintgħarfu mit-tabella Ecolabel li jkollhom fuqhom.

Dawn iservu biex wieħed jiffranka l-enerġija, jipproteġu l-ħajja minħabba li ma fihomx kimiċi li jikkawżaw il-kanċer. Raġuni oħra għala wieħed importanti li juża prodotti li ma fihomx kimiċi hija minħabba li dawn isaħħu l-ambjent peress li ma joqtlux organiżmi importanti li jgħixu fil-baħar jew fl-ilma. Dawn il-prodotti jiġu ppakkjati f’kontenituri biodigradabbli u għalhekk ikun qed jonqos l-użu tal-plastik.

L-Għaqda nnutat li hemm prodotti li fuqhom ikollhom li ma jagħmlux ħsara iżda qalet li jekk dawn ma jkollhomx fuqhom it-tabella ecolabel. Kompliet li l-prodotti b’din it-tabella jiżguraw li jissodisfaw standards garantiti f’dan is-settur.