Ritratti: It-Tazza tad-Dinja tasal Malta

It-trofew tat-Tazza tad-Dinja nġieb Malta bħala parti mill-FIFA World Cup Trophy Tour by Coca-Cola.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet iċ-ċerimonja tal-wasla fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Fl-indirizz qasir tagħha hija qalet li l-futbol huwa sors tajjeb għad-diplomazija tal-isports. Żiedet tgħid li d-diplomazija sportiva hija triq 'il quddiem biex issaħħaħ lil dawk kollha ppassjonati għall-isports, f'dan il-każ, il-futbol u li ssaħħaħ ukoll il-konnessjonijiet u l-ħbiberi fil-kulturi differenti.