Ritratti: It-tagħlim tal-Ingliż diskuss waqt iż-żjara statali tal-President Bulgaru

Il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet lill-President tal-Bulgarija, Rosen Plevneliev li bħalissa jinsab Malta għal żjara statali.
Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu fil-Palazz tal-Belt Valletta fejn tkellmu dwar il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa, is-suq komuni diġitali, is-settur tal-enerġija, l-inklużjoni soċjali u anke s-sitwazzjoni fil-Meditteran.
Il-President Coleiro Preca fakkret fir-relazzjoni b'saħħitha li dejjem kien hemm bejn iż-żewġ pajjiżi fejn fost l-oħrajn semmiet is-settur turistiku.
Semmiet ukoll li l-komunità Bulgara f'Malta tlaħħaq is-6,000 persuna.
Waqt il-laqgħa, iż-żewġ mexxejja ddiskutew it-tagħlim tal-Ingliż u l-possibilità li studenti Bulgari jiġu Malta biex jistudjaw il-lingwa.
Filgħaxija saret ikla statali fl-istess palazz.

Ritratti: DOI