Ritratti: It-30 anniversarju tal-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin

Read in English.

Il-Ġermanja ċċelebrat it-30 sena anniversarju mindu twaqqa’ l-Ħajt ta’ Berlin. Il-ħajt li qasam il-Lvant u l-Punent tal-Ġermanja. Il-President Frank-Walter Steinmeier irringrazzja lill-ġirien tal-Lvant tal-Ewropa talli qanqlu r-rivoluzzjoni paċifika.

It-tiġrif tal-ħajt, li kien qed jissepara n-naħa Kommunista min-naħa Kapitalista f’Berlin għal kważi tlett diċenji u li sar simbolu potenti tal-Gwerra l-Bierda, sena wara kienet segwita mill-għaqda mill-ġdid tal-Ġermanja fl-1990.

Waqt iċ-ċerimonja Steinmeier u l-presidenti kollha tal-Erba’ nazzjonijiet tal-Lvant poġġew il-ward fix-xquq tal-vdalijiet li għad hemm mill-ħajt.

F’Awwissu tal-1989, il-gwardji Ungeriżi għall-ewwel darba ħallew lin-nies mill-Ġermanja tal-Lvant jaqsmu u jidħlu fl-Awstrija b’mod liberu. Dan witta t-triq għall-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin tliet xhur wara u magħha wasal it-tmiem ukoll tal-Iron Curtain.