Ritratti: Isir saċerdot, iħalli warajh €600,000 fis-sena

Eksplejer ta’ Manchester United ġie ordnat saċerdot fi ħdan il-Knisja Kattolika.
Philip Mulryne ta’ 39 sena ġie ordnat saċerdot fl-Ordni Dumnikana mill-Arċisqof Joseph Augustine Di Noia, f’ċerimonja li saret ilbieraħ fil-Knisja tas-Salvatur f’Dublin fl-Irlanda.
Mulryne ddebutta ma’ Manchester United fl-1995, qabel ma’ ngħaqad ma’ Norwich City fl-1999 għal €600,000 fis-sena. Ma’ Norwich lagħab 135 partita.
Lagħab ukoll ma’ Cardiff City, Leyton Orient, Kings Lynn u l-Irlanda ta’ Fuq, qabel ma rtira mid-dinja tal-futbol fl-2008.
Wara beda jinvolvi ruħu f’diversi attivitajiet għall-karità u beda jistudja l-filosofija u t-teoloġija.