Aġġornata: Identifikat iż-żagħżugħ li pinġa graffiti f’Tas-Sliema

Read in English.

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ħareġ ritratt ta’ żagħżugħ li ġie identifikat bħala dak li pinġa fuq ħitan u l-karozzi fit-Triq Isouard f’ Tas-Sliema.

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ppubblika ritratti taż-żagħżugħ li nqabad fuq il-kameras tas-sigurtà iħażżeż fuq il-vetturi u l-propjetajiet fuq Facebook. Żied jgħid ukoll li l-evidenza li nħarġet mill-filmati ngħatat lill-Pulizija.

Fil-filmat ż-żagħżugħ jidher b’żaqqu barra u libes shorts, b’t-shirt f’idejh.

Dalgħodu residenti f’Tas-Sliema sabu l-vetturi tagħhom bil-graffiti fuqhom. Il-graffiti ġew mħażża wkoll mal-faċċati ta’ xi propjetajiet.

Persuni mhux magħrufa għamlu l-graffiti fuq is-saqaf, il-ġnub u l-bonnet ta’ vetturi li kienu pparkjati fi Triq Isouard f’Tas-Sliema.

Il-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema kkundanna l-atti ta’ vandaliżmu fuq propjetajiet u vetturi privati tar-residenti, f’kitba fuq Facebook.

Il-Kunsill Lokali żied jgħid li huwa għamel kuntatt mal-Pulizija sabiex jiġi investigat il-każ. Il-Kunsill ħeġġeġ lill-Pulizija biex tagħmel iktar rondi madwar it-toroq tal-lokal.

Ix-xahar li għadda raġel ta’ 37 sena weħel 450 siegħa ta’ xogħol fil-komunità u multa ta’ kważi €10,000 wara li nqabad li kien għamel numru ta’ graffiti fuq bini fil-Belt.

Aqra: Jeħel 450 siegħa xogħol fil-komunità l-vandalu tal-Belt Valletta

Aqra: Arrestat ir-raġel li penġa graffiti fil-Belt Valletta

Aqra: Filmat: Wettaq vandaliżmu madwar il-Belt kollha – Kunsill Lokali Valletta