Ritratti: Isib fekruna mweġġa’ viċin San Pawl il-Baħar

Gabriele Petroni

Waqt li kien qiegħed jistad minn fuq dgħajsa viċin San Pawl il-Baħar, żagħżugħ Malti sab fekruna mweġġa’. Mir-ritratti li tefa’ fuq il-grupp ta’ Facebook Boating Group jidher li tella’ l-fekruna mill-baħar u għamel kuntatt immedjat ma’ Nature Trust Malta.

Fil-post, iż-żagħżugħ spjega li hemm ċans li l-fekruna ġiet milquta minn xi dgħajsa. Il-fekruna ttieħdet min-Nature Trust Malta. Kelliem għal Nature Trust Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li jidher li l-fekruna weġġgħet kawża ta’ ġlieda ma’ xi fekruna oħra, li spjega hija xi ħaġa normali. Spjega li bħalissa tinsab għand veterinarju fejn jekk kollox imur sew bil-kura li qed tirċievi se tinħeles fil-ġranet li ġejjin.

Nature Trust Malta kitbu fuq Facebook li l-fekruna hija ta’ sess maskili u fiha 92 ċentimetru. Hi ġiet salvata f’żona 15-il kilometru ‘l barra minn San Pawl il-Baħar.

A 92cm loggerhead male turtle was rescued 15km East of St. Paul's Bay. He was called Gabriel and is now at the vet for observation. Many thanks to the boat that rescued it and our rescue volunteer Jacques.

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Sunday, September 2, 2018