Ritratti: Isalvaw lil Mosè minn toqba fonda żewġ sulari

Animal Welfare Gozo

Read in English.

Il-kelb li ngħata l-isem Mosè ġie salvat minn toqba dejqa u fonda żewġ sulari grazzi għall-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija flimkien ma’ Animal Welfare Gozo.

Fuq Facebook, l-Animal Welfare Gozo spjegat li kien evidenti li l-kelb kien ilu maqbud hemm għal xi ftit żmien. Minkejja dan, bil-ftit enerġija li kellu, irnexxielu jokrob karba li wasslet sabiex jiġi salvat.

Il-kelb imbagħad issemma Mosè u minkejja li ilu fix-xelter għal biss ftit jiem qed jiġbed il-qlub ta’ kull min jiltaqa’ miegħu. Mosè ma jistax jimxi waħdu mingħajr għajnuna. Il-ħaddiema u l-voluntiera tal-Animal Welfare f’Għawdex qed jgħinuh billi jitimgħuh huma u jaħsluh ta’ kuljum sabiex inaqqsu l-uġigħ tal-feriti tiegħu.

Intqal li b’xorti tajba ma sofra l-ebda ksur. Iżda xorta waħda għadu fraġli. It-tama hija li s-sessjonijiet tal-fiżjoterapija ta’ kuljum u l-imħabba li qed jingħata kuljum jgħinuh jirkupra aktar malajr.