Ritratti: Isalvaw flamingu mill-baħar

Facebook - Christian Bezzina

Familja li kienet fuq dgħajsa salvat flamingu li kien fil-baħar.

Fuq Facebook persuna tellgħet ritratti tal-flamingu fil-baħar u fuq l-art meta ġie salvat minn uffiċjali tal-BirdLife Malta. Kelliem għall-BirdLife qal ma’ Newsbook.com.mt li l-flamingu kellu xi ġrieħi.

Best way to start the weekend 😊. An early fishing trip with my son ended saving this lovely Flamingo. Thanks also to…

Posted by Christian Bezzina on Saturday, August 18, 2018

Il-kelliem spjega li jekk il-pubbliku jiltaqa’ ma xi flamingu li jkun fil-baħar jew ikun fuq l-art, għandu jċempel lill-BirdLife jew lill-Pulizija.

F’inċident mhux relatat, flamingu li rnexxielhom isalvaw l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili l-lejl li għadda tilef ħajtu ftit wara.