Ritratti: Isalvaw fekruna fix-Xgħajra

NT-FEE Malta

Fekruna ġiet salvata mill-Forzi Armati ta’ Malta wara telefonata ta’ membru tal-pubbliku.

Fi stqarrija, Nature Trust-FEE Malta qalet li l-fekruna ġiet salvata llum wara nofsinhar. L-għaqda qalet li intużat il-proċedura t-tajba biex tiġi salvata l-fekruna peress li kienet laħqet kielet parti mill-iskart. Il-persuna li sabet il-fekkruna fil-pront ċemplet għall-għajnuna. Jekk ikun hemm xi sunnara li tinġibed, il-fekkruna tista’ tmut.