Ritratti: Is-supermoon, ġurnata tard

Fotografi Maltin li kienu qed jippreparaw biex jiġbdu ritratti tas-supermoon rnexxielhom jagħmlu dan ġurnata tard. Dan minħabba li fil-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, il-lejl li fih deher is-supermoon, fuq Malta kien hawn is-sħab.

Il-fotografu ta’ Reuters, Darrin Zammit Lupi fil-lejl tas-supermoon.

Dan il-fenomenu jiġri meta l-qamar ikun l-aktar darba viċin id-dinja u f’għajnejna mid-dinja naraw qamar kemmxejn ikbar minn tas-soltu.

Iżda s-sħab tal-lejl tas-supermoon ma qatax qalb il-fotografi Maltin li għamlu ħilithom biex ġibdu ritratti fil-lejl li għadda kif jidher hawnhekk.

Ritratti tas-Supermoon mill-Port il-Kbir, il-Belt Valletta tal-fotografu ta’ Reuters Darrin Zammit Lupi.
Il-qamar jixref minn fuq is-swar taċ-Ċittadella fir-Rabat, Għawdex. Fl-isfond tidher ukoll il-Knisja Parrokjali tan-Nadur.
Ritratt: Anthony Grech
Ritratti: Jean Claude Vella
Is-Supermoon jixref minn ġo Ħarruba ta’ Ġuda, siġra li tiftaħ il-fjur tagħha għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.
Ritratt: Daniel Cilia minn San Miniato, fl-Italja