Ritratti: Is-sorijiet idoqqu u jkantaw biex jiċċelebraw il-125 sena anniversarju

Is-sorijiet ta’ Santa Monika ċċelebraw l-anniversarju tal-komunità tagħhom ta’ 125 sena f’Malta nhar l-Erbgħa li għadda billi għamlu pellegrinaġġ sas-Santwarju ta’ Ta’ Pinu f’Għawdex. Tul il-pellegrinaġġ ma naqasx id-daqq bil-kitarra u l-kant tas-sorijiet f’dan il-jum memorabbli għalihom.

Fuq Facebook, is-sorijiet kitbu li żaru wkoll il-komunità tagħhom f’Għajnsielem, kielu flimkien u marru anke fl-Għar tal-Mixta biex igawdu l-veduta tal-Bajja tar-Ramla.

Imbagħad, is-sorijiet animaw il-quddiesa tal-5.30pm fis-Santwarju bil-kant tagħhom. Il-quddiesa kienet imqaddsa mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech, u s-sorijiet ppreżentawlu inkwatru tal-Madre fundatriċi Sr Maria Teresa Spinelli.

On the 1st May we celebrated our 125 years of presence in Malta with a pilgrimage to the Sanctuary at Ta' Pinu…

Posted by Cor Unum Asjm on Saturday, May 4, 2019