Ritratti: Is-serata finali tal-Karnival tas-Sajf illejla f’Wied il-Għajn

DOI - Clifton Fenech

Illejla se jkun hemm is-serata finali tal-Karnival tas-Sajf f’Wied il-Għajn.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Kultura qal li l-Ministru Owen Bonnici żar l-aħħar tħejjijiet għas-serata finali. Hu ltaqa’ mal-organizzaturi mmexxija minn Jason Busuttil, is-Sindku ta’ Wied il-Għajn Mario Calleja u wħud mill-partecipanti.

Tnax-il kumpanija se jieħdu sehem fil-Karnival tas-Sajf u mijiet ta’ persuni se jkunu involuti fil-programm tal-lejla. Din hija s-sitt sena konsekuttiva li qed isir il-Karnival tas-Sajf u hija t-tielet sena li s-serata finali ssir f’Wied il-Għajn. L-ewwel jumejn ġew organizzati f’Buġibba.