Ritratti: Iridu li Kelma Kelma u Nota Nota jiżżewġu aktar minn darba

Jidher li niżel għasel il-kunċert “Kelma Kelma u Nota Nota” li l-bieraħ fit-Teatru Rjal jlaqqa’ flimkien il-lingwa, il-mużika, il-mezzi soċjali u l-personaġġi tal-letteratura popolari.
Dan kien proġett tal-Big Band Brothers fi sħab ma’ Kelma Kelma, paġna fuq Facebook li tieħu ħsieb toħroġ il-ġmiel tal-ilsien Malti.
Bis-sehem ta’ Ray Calleja u l-aħwa Bezzina, il-karattri tal-ħrejjef, tal-kanzunetti u tat-taqbiliet ħarġu mill-kotba biex żewqu il-lejla bil-kant, mużika, poeżija u logħob bil-kliem.