Ritratti: Ir-robots se jgħinu fl-operazzjonijiet mis-sena d-dieħla

Miguela Xuereb

Mis-sena d-dieħla l-kururgi se jkunu assistiti minn robot waqt l-operazzjonijiet tal-prostata fl-Isptar Mater Dei. Għal dan ir-robot il-Gvern investa €4 miljun.

Permezz ta’ dan l-investiment il-pazjenti li jkollhom bżonn jagħmlu din l-operazzjoni mhux se jibqgħu jsiefru barra minn Malta. F’sena jkun hemm madwar 30 pazjent li jkollhom bżonn jagħmlu din l-operazzjoni.

Apparti din l-operazzjoni dan ir-robot se jkun jista’ jassisti fi spċjalitajiet varji. Permezz ta’ din it-teknoloġija il-pazjent se jkun qed jibbenefika minn inqas uġigħ wara l-operazzjoni, inqas użu ta’ demm waqt l-operazzjoni, inqas ġranet l-isptar kif ukoll il-pazjenti jkunu jistgħu jerġgħu jaqbdu r-rutina aktar malajr.

Matul is-sena d-dieħla se tkun qed tiġi introdotta remote patient monitoring għat-tfal li jbatu bid-dijabete.