Ritratti: Ir-Renju Unit fid-dlam biex jitfakkru l-vittmi tal-Ewwel Gwerra

Ilbieraħ filgħaxija, fir-Renju Unit, in-nies ġew imħeġġa jitfu d-dwal għal siegħa, mill-għaxra sal-ħdax ta’ bil-lejl, biex ifakkru l-vittmi tal-Ewwel Gwerra Dinija. Dan kien l-istess ħin li fih ġiet iddikjarata l-gwerra.
Barra d-djar privati, ġew mitfija wkoll binjiet oħra, fosthom bini tal-Gvern, bħall-Parlament u l-uffiċċju tal-Prim Ministru u anke attrazzjonijiet oħra bħall-Big Ben.
F’kull post, in-nies ġew imħeġġa jħallu xemgħa waħda mixgħula. Fl-istess ħin saret mixgħela f’Westmister Abbey.
L-attività kienet ispirata mill-kliem tal-politikant Inġliż Sir Edward Grey, li lejliet l-Ewwel Gwerra kien qal: “Il-lampi se jintfew madwar l-Ewropa kollha; kemm indumu ngħixu mhux se nerġgħu narawhom mixgħula.