Ritratti: Ir-ramel tal-bajja tal-Mellieħa jiksi t-triq ta’ max-xatt

Il-bajja tal-Mellieħa sebħet b’ħafna ramel fit-triq ta’ mal-kosta skont ritratti mibgħuta lil Newsbook.com.mt.

Dan hekk kif riħ qawwi ħakem lill-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem. Kawża ta’ dan, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ mill-Grieg il-Lvant li kellu jkun qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. It-twissija li kienet fis-seħħ sad-9am illum qalet li r-riħ kien hemm ċans li jilħaq qawwa ta’ riefnu.