​Ritratti: “Ir-raġel-magna” fit-triq

Ir-ritratti jirrakkuntaw ir-realtà fil-Ġappun, fejn il-ħaddiema jidhru qishom magni mixjin fit-triq.
Jaħdmu 14-il siegħa jew aktar kuljum, u xorta xi wħud minnhom jorqdu fit-triq biex ma jħallsux it-taxi.
Xi wħud joħorġu jixorbu mal-kollegi jew mal-klijenti sas-2am, imorru d-dar għal-raqda qasira u lura għax-xogħol ma’ tlugħ ix-xemx.
Il-fotografu jgħid li l-ħaddiema li ltaqa’ magħhom jidhru qishom iħirsa mixjin fit-triq, iffukati fuq ħsibijiethom bit-tama li xi darba se jkunu f’post aħjar fil-karriera tagħhom.