Ritratti: Ineħħu l-graffiti dwar Daphne u l-immigrazzjoni

F’ritratti mibgħuta lil Newsbook.com.mtjidher li l-ħaddiema tat-Taqsima tat-Tindif u l-Manutenzjoni qegħdin jiżbgħu fuq il-graffiti li kien hemm mal-ħajt biswit l-istejġ tal-karozza tal-linja qrib Bieb il-Bombi fil-Furjana.

Ma’ dan il-ħajt, kien hemm il-frażi “We will not be silenced,” b’referenza għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Riċentament, kien inkiteb ukoll il-kliem “By bus or by boat, we are all travellers,” b’referenza għall-immigranti. Jidher li dan il-kliem tneħħa wkoll.

Karikatura tal-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici kienet ilha li bdiet titqaxxar ftit ftit. Jidher li issa din tneħħiet għalkollox.