Aġġornata: Mara gravi wara ħabta f’San Ġiljan

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'San Ġiljan ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ fid-9pm, fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fejn ħabtu żewġ karozzi misjuqa minn mara ta' 39 sena residenti Tas-Sliema u raġel ta' 47 sena residenti r-Rabat. 
Passiġġiera mar-raġel mir-Rabat kien hemm mara ta' 47 sena residenti l-Imtarfa.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, pulizija, u ambulanza.
Ir-raġel, flimkien mal-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Skont il-paġna fuq Facebook Maltese Roads Traffic Updates (MRTU), it-triq kienet parzjalment magħluqa għal xi ħin.
Ritratti: MRTU