Ritratti: Inċident ieħor fil-Mosta; il-persuna l-isptar

Persuna ddaħħlet l-isptar wara li l-mutur li kienet qed issuq ħabat ma’ karozza fil-Mosta.
Dan kien it-tieni inċident fi ftit ħin f’din il-lokalità.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Vjal l-Indipendenza.
Hu ssuġġerit li wieħed jevita t-triq minħabba t-traffiku li nġema’.
Il-Pulizija ma setgħetx tikkonferma l-kundizzjoni u l-identità tas-sewwieq jew sewwieqa.
Ritratti: Ian Noel Pace