Aġġornata (1): Ritratti: 2 l-isptar wara inċident f’Tal-Pietà

Miguela Xuereb

Read in English.

Żewġ persuni ddaħlu l-Isptar Mater Dei wara inċident fi Vjal l-Indipendenza f’Tal-Pietà, li fih kienu involuti karozza tal-linja u żewġ karozzi. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm.

Passiġġiera Taljana fuq Tal-Linja, flimkien mas-sewwieqa fil-karozza ta’ wara tal-linja, ittieħdu l-Isptar Mater Dei. Is-sewwieqa għandha 22 sena u hi mill-Furjana. Iż-żewġ persuni ndarbu ħafif.

Is-sewwieq tal-karozza ta’ quddiem il-karozza tal-linja, raġel ta’ 71 sena minn Ħal Luqa, ma kellux bżonn imur l-isptar.

Kelliema għall-Malta Public Transport stqarret li qed jinvestigaw il-każ.

In-numru ta’ nies l-isptar ġie rivedut għal tnejn minn kelliem għall-Pulizija, wara li l-informazzjoni inizjali mingħandhom kienet li hemm tlieta l-isptar.