Aġġornata: ​Inċident f’Għawdex, żagħżugħ iweġġa’ gravi

Żagħżugħ weġġa' gravi f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li kien għall-ħabta tas-2.15pm quddiem il-Gozo Stadium fi Triq l-Imġarr, meta seħħ inċident bejn vann misjuq minn żagħżugħ ta' 25 sena u mutur misjuq minn żagħżugħ ta' 19-il sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Ritratti: Annette Portelli Said