Read in English.
Żewġ karozzi kienu involuti f’inċident tat-traffiku ġewwa Triq l-Imġarr f’Għajnsielem. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:25am. Fl-inċident kienu involuti raġel ta’ 18-il sena mill-Qala u mara ta’ 25 sena min-Nadur.
Skont kelliema għall-Pulizija qalet li fl-inċident ħadd ma weġġa’.
Is-Sindku ta’ Għajnsielem Kevin Cauchi qal li minkejja li qed jittieħdu għadd ta’ miżuri mill-awtoritajiet, qal li hemm bżonn miżuri aktar drastiċi biex jikkalma t-traffiku kif ukoll aktar infurzar mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija.