Ritratti: Inċident b’quad bike ħdejn Ħal Lija

Persuna jew persuni li kienu qed isuqu quad bike kienu involuti f’inċident tat-traffiku ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Lija.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00 pm.

L-identità tal-persuni involuti għadha mhix magħrufa.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.