Ritratti: In-Norveġja tirbaħ it-tliet punti

Domenic Aquilina/MFA

In-Norveġiżi rnexxielhom jieħdu t-tliet punti mil-logħba kontra Malta. Huma rnexxielhom isibu l-lasta darbtejn fl-ewwel taqsima tal-logħba. Iż-żewġ gowls, li t-tieni wieħed kien skurjat minn penalty, kienu biżżejjed biex jippremjaw lit-tim Norveġiż bi tliet punti.

Il-plejers Maltin wrew determinazzjoni kontra l-avversarji. In-Norveġiżi gawdew minn aktar pussess, b’mod speċjali fil-ftuħ tal-logħba mma t-tim ta’ Ray Farrugia tjieb b’mod sinifikanti fit-tieni nofs. L-attenzjoni min-naħa tal-Maltin issa ddur għal kwalifika oħra diffiċli kontra r-Rumanija, li se tintlagħab nhar il-Ħadd.

Għat-tim Malti lagħbu:

Henry Bonello, Steve Borg, Andrei Agius, Jake Grech (77 Alfred Effiong), Joseph Mbong, Paul Fenech (64 Jean Paul Farrugia), Kyrian Nwoko, Rowen Muscat, Dunstan Vella, Juan Corbalan, Zach Muscat (22 Ferdinando Apap).