Ritratti: In-nanniet Maltin mal-politiċi

Miguela Xuereb

Id-drawwiet tal-imgħoddi jqanqlu nostalġija filwaqt li huma meqjusa bħala wirt l-imgħoddi tal-Maltin. Waqt il-Parlament tan-Nanniet ta’ din is-sena, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li fost l-oħrajn il-valuri tal-imħabba lejn il-pajjiż, lejn il-familja u lejn il-proxxmu huma valuri għonja u li għandna nibqgħu nħarsu tul iż-żmien.

L-ispeaker qal li s-suċċessi ekonomiċi u soċjali ta’ Malta inkisbu permezz tal-ħidma kollettiva tal-poplu Malti. Hu żied jgħid li sa mill-Indipendenza u l-għeluq tal-bażijiet militari Maltin, il-politika ekonomika u siċjali ħadet spinta ‘l quddiem. Hu ikkonkluda d-diskors tiegħu b’appell lejn l-awtoritajiet biex l-investimenti li jagħmlu għat-titjib tal-anzjani jsiru bil-għaqal u b’mod li jħalli l-frott.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia attenda wkoll għal din is-seduta Parlamentari speċjali.