Ritratti: Imħabbar investiment ta’ €33 miljun fl-avjazzjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar investiment ta’ €33 miljun li mistenni joħloq 132 impjieg ġdid fil-park tal-avjazzjoni f’Ħal Safi.
L-aħbar ingħatat waqt iż-żjara mill-Prim Ministru tax-xogħlijiet li għaddejjin fl-iżvilupp tal-Aviation Cluster f’Malta, inkluż il-bini ta’ tliet hangars minn Malta Industrial Parks, hangar ieħor minn Medavia li se jinkera lil SRT u l-espansjoni tal-istess SRT.
Il-Prim Ministru fakkar fl-investiment l-ieħor imħabbar fl-aħħar jiem, dak ta’ €5 miljun minn Huawei, ta’ €15-il miljun mill-Hilton u ta’ €30 miljun mill-Playmobil.
Fisser li l-aħbar ta’ €83 miljun f’investiment fi ftit jiem se tfisser iktar impjiegi ta’ kwalità, u li l-pajjiż jista’ jakkwista iktar jekk jibqa’ jieħu deċiżjonijiet li jżommuh fid-direzzjoni t-tajba. 
Ritratti: DOI – Clifton Fenech