Ritratti: Illejla tiżżewweġ Christabelle

Fis-sigħat qabel it-tieġ ta’ Christabelle Borg, li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision ftit tax-xhur ilu, u Jordan Camilleri, Christabelle xerrdet numru ta’ ritratti li juru l-eċċitament tagħha.

Christabelle qalet li din għandha tkun l-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitha, u xerrdet ritratti ma’ oħtha, li se tkun il-maid of honour, mal-bridesmaids u mal-flower girl tagħha. Aktar tard, xerrdet anke ritratti ma’ missierha fil-karozza tat-tieġ u hu u jdaħħalha fil-Knisja.

Newsbook.com.mt hu infurmat li l-kantanta beżgħet li se tagħmel ix-xita fil-jum tant mistenni, li għalih kien hemm mistiedna madwar 3,000 persuna.

Il-koppja ilha mgħarrsa minn Settembru tal-2016, meta Jordan ippropona lil Christabelle waqt vjaġġ barra minn Malta li kien ta’ sorpriża għal Jordan.