Ritratti: Illejla l-finali ta’ Miss Universe Malta 2020

🚨 NEW DATE ALERT 🚨 Saturday 29 August 2020 on TVM and Facebook.Due to the new regulations & measures re Covid-19 and to safe guard the health of everyone involved, NO audience will be present during the finale.#UniverseUnited #StaySafe #missuniverse

Posted by Miss Universe Malta on Friday, August 21, 2020

Illejla fid-9pm, TVM se jkun qed ixandar il-finali ta’ Miss Universe Malta 2020 bi preżentazzjoni ta’ Ben Camille u Sarah Zerafa.

Sarah Zerafa u Ben Camille

Din hija l-ħames sena li qiegħed jittella’ Miss Universe Malta. Illejla naraw jikkompetu 26 tfajla li kollha qed jirrappreżentaw lokalità differenti minn Malta u waħda minn Għawdex. Ir-rebbieħa se tirrappreżenta lil Malta fil-konkors internazzjonali Miss Universe ġewwa l-Istati Uniti s-sena d-dieħla.

Ir-rebbieħa tingħata wkoll bosta rigali u sena mimlija attivitajiet, photoshoots, intervisti u ħafna aktar. 

Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra kienet Teresa Ruglio minn Sliema li rrapreżentat lil Malta f’Miss Universe f’Novembru li għadda f’Atlanta, fl-Istati Uniti. Hi kkompetiet ma’ 95 pajjiż ieħor. 

Id-direttur ta’ Miss Universe Malta huwa Alan J. Darmanin minn Glow Promotions. Miss Universe hija mmexxijja minn IMG Models fi New York.