Ritratti: ​Il-White House se tilbes libsa ġdida

Il-White House qed tilbes libsa ġdida hekk kif għaddejjha minn restawr.
Dan ir-restawr, li mistenni jintemm jumejn oħra, kien ġie approvat mill-President preċedenti Barack Obama. Għal dan ir-restawr ġie allokat fond ta’ €2.9 miljun.
L-aħħar restawr li kien sar fuq il-White House kien fl-2012.
Barack Obama kien qal li ċerti żoni fil-bini mhux magħmrin tajjeb għall-ħtiġijiet tal-lum u saħansitra s-sistema tal-arja kkundizzjonata kienet ilha ma tinbidel aktar minn 25 sena.
Ir-restawr jinkludi wkoll twapet ġodda, aġġornament fis-sistemi tal-kompjuters u tibdil ta’ taraġ.
Ix-xogħol għaddej sakemm il-President Donald Trump qiegħed għall-vaganzi, l-ewwel vaganzi twal wara li f’Jannar li għadda ħa l-ġurament.
Ritratti: Reuters, Getty images