Ritratti: Il-wasla f’Malta ta’ 94 persuna salvati bejn sema u ilma

Read in English.

Filmat: Sarah Cassar Dymond

94 immigrant qegħdin jiddaħħlu Malta wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM). L-immigranti qegħdin jitniżżlu f’Boilerwharf fl-Isla.

Fl-aħħar jiem l-għaqda AlarmPhone appellat lill-awtoritajiet Maltin biex isalvaw lil dawn l-immigranti wara li sabu ruħhom f’diffikultà. L-immigranti kienu ilhom iktar minn 33 siegħa fuq il-baħar.

L-immigranti kienu abbord dinghy li żvilluppatlu ħsara fil-magna u beda dieħel l-ilma. Persuna li kienet fuq id-dinghy mietet. Tarbija kienet tinsab f’riskju li tmut li kieku ma ġitx salvata mill-Forzi Armati ta’ Malta. L-immigranti kienu qegħdin f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna u kienu qegħdin isofru min-nuqqas ta’ ilma.