Ritratti: Il-vuċi taż-żgħażagħ fil-Knisja

Illum ġie fi tmiemu l-Aġġornament tal-Kleru bit-tema ‘Il-ħtieġa tal-vuċi taż-żgħażagħ fil-Knisja’.
L-aġġornament annwali għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi sar fis-Seminarju u fost il-mistoqsijiet li ħarġu kien hemm: kif il-Knisja tista’ takkumpanja liż-żgħażagħ u tibni pontijiet, kif ukoll x’sehem jistgħu jagħtu ż-żgħażagħ fil-Knisja. Saru diskussjonijiet dwar l-internet, il-midja soċjali, il-familja, il-volontarjat, l-isport u l-edukazzjoni.
Il-parteċipazzjoni ta’ ħames żgħażagħ tefgħet dawl fuq l-esperjenzi tagħhom dwar kif tolqothom il-Knisja u dak li jixtiequ jaraw jinbidel. Fost il-kelliema ta’ din is-sena kien hemm Miriam Theuma mill-Aġenzija Żgħażagħ, is-Sależjan Fr Fabio Attard kif ukoll l-Arċisqof Charles Scicluna.
Ritratti: knisja.org/ritratti