Ritratti: Il-qwiel Maltin jieħdu l-ħajja fil-Belt Valletta

Jekk dħalt il-Belt Valletta bejn ilbieraħ tard filgħaxija u llum, forsi ltqajt ma’ statwi ġodda, rapreżentattivi ta’ qwiel Maltin, li tpoġġew f’postijiet strateġiċi bħala parti mill-proġett ‘Kif Jgħid il-Malti’.
Il-proġett, appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, juri xogħol artistiku ta’ Ikona Artworks Ltd bit-tim artistiku magħmul minn Joel Saliba, Margaret Pace u Sarah-lee Zammit.
It-13-il installazzjoni artistika ġew inawgurati dalgħodu miċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, is-Segretarju Parlamentari għall-Valletta 2018, Deo Debattista u l-artist Joel Saliba.
Il-proġett juża bosta qwiel Maltin sabiex jesponi l-wirt lingwistiku tal-ilsien Malti.
Skont kelliem għall-Kunsill tal-Belt, din hija biss waħda mill-bosta installazzjonijiet temporanji li se jkun hemm madwar il-Belt Valletta tul din is-sena.
Ara xi wħud minnhom hawn taħt:
"Tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu"


"Minn widna jidħol u mill-oħra joħroġ"


"Il-baqra kollha tinbiegħ"

"Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-kbira" 


"Iż-żmien isajjar il-bajtar"

"Naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema"

"Min jorqod bil-ġuħ joħlom bil-ftajjar"

Ritratti: Ian Noel Pace