Ritratti: Jitqassmu ż-żjut għall-parroċċi

Waqt il-Quddiesa taż-Żjut f’Ħamis ix-Xirka li tmexxiet mill-Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Mons. Scicluna qal ukoll li l-bniedem għandu jagħraf id-djufija tiegħu u jagħraf li għandu bżonn is-salvazzjoni ta’ Alla.
Mons. Scicluna fakkar fil-kliem tal-Ewwel Qari, “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għaliex il-Mulej ikkonsagrani”. Skont l-Arċisqof din hija frażi għażiża għaliex kien Ġesù stess li għażilha biex jipproklama u jħabbar il-programm messjaliku tiegħu.
Ritratti: Ian Noel Pace