Ritratti: Il-Pulizija u l-FAM dalgħodu fil-Marsa

Hekk kif dalgħodu l-Prim Ministru, Joseph Muscat, ħabbar li qed jinżammu 8 Maltin arrestati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u li l-arresti saru waqt operazzjonijiet fil-Marsa, Newsbook.com.mt mar fuq il-post fejn seħħew l-arresti.
Fost l-oħrajn, il-ħidma mill-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta għaddejja wkoll f’Ħaż-Żebbuġ u Buġibba.
Sorsi l-Marsa dalgħodu qalulna li fuq il-post hemm numru kbir ta' Pulizija u membri tal-Forzi Armati ta' Malta, armati sa snienhom, kif ukoll uffiċjali pajżana, min b'wiċċu mgħotti u min le.
L-inħawi jinsabu magħluqa b'vetturi tal-FAM, u m'hemmx aċċess ħlief għar-residenti.
Ritratti: Ian Noel Pace