Ritratti: Il-Prinċep Harry iqatta’ 20 siegħa fi friża

Il-Prinċep Harry flimkien mat-tim militari li qed imexxi, qatta’ 20 siegħa fi friża enormi, b'temperatura ta’ -35 gradi celsius u b'veloċità tar-riħ ta’ 45 mil fis-siegħa.

Il-Prinċep qed imexxi tim ta’ membri militari Ingliżi feruti f’espedizzjoni ta’ 200 mil lejn l-Antartika.

Huma qed jikkompetu kontra tim mill-Istati Uniti u ieħor mill-Commonwealth.

Il-kompetizzjoni hija parti mill-isfida ta’ kull sena Walking with the Wounded, fejn jinġabru fondi għall-edukazzjoni u riabilitazzjoni tal-veterani feruti.

Din l-isfida għandha tieħu 15-il ġurnata.