Ritratti: Il-Prim Ministru jżur il-Malta Robotics Olympiad fil-Kottonera

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu żar il-Malta Robotics Olympiad fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Fost l-oħrajn żar numru ta’ proġetti tal-istudenti fir-robotika u l-informatika, fejn proġetti innovattivi jiġu ppreparati u studenti jieħdu sehem f’hands-on workshops.
F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem total ta’ 31 tim u 120 student.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius.
Il-Malta Robotics Olympiad hi inizjattiva tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u bil-għan li jkompli jħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fi proġetti teknoloġiċi b’mod dirett.
Illum fl-4pm l-attività tiftaħ ukoll għall-pubbliku u kulħadd ikun jista’ jieħu sehem fil-workshops tar-robotika u l-coding.
Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott