Ritratti: Il-Prim Ministru jilqa’ lit-tfal Qriema f’Kastilja

Robert Abela / Instagram

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu reġa’ laqa’ t-tfal fil-Berġa ta’ Kastilja.

Ilbieraħ, malli wasal Kastilja għat-tieni jum sħiħ ta’ ħidma tiegħu bħala Prim Ministru, Abela ntlaqa’ minn grupp studenti mill-iskola primarja tal-Imqabba. Hu feraħ ħafna bihom u stidinhom għal ġo Kastilja.

Dalgħodu, ġew mistiedna l-istudenti mill-iskola primarja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, raħal għal qalb il-Prim Ministru peress li missieru, il-President Emeritu George Abela, huwa minn hemm.

Robert Abela / Instagram

Waqt l-intervista tiegħu fuq il-programm Dissett fuq TVM ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru qal li lit-tfal iħobbhom ħafna, u għalhekk illum stidinhom fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qabel l-ewwel laqgħa tiegħu mal-Kabinett il-ġdid, maħtur ilbieraħ stess.

Fl-istess intervista insista li hu kontra l-abort, u jekk l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jipprova jintroduċih f’Malta, hu se jopponih.