Ritratti: Il-President tippremja lil min ta donazzjoni fl-Istrina

Malta Community Chest Fund Foundation

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, llum qassmet numru kbir ta’ premjijiet lill-persuni li f’Diċembru li għadda taw donazzjoni ta’ aktar minn €500 għall-Istrina.

F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-President irringrazzjat lil dawk kollha li għenu sabiex il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) “tkun tista’ tkompli bil-missjoni tagħha li tgħin lil ħutna Maltin u Għawdxin fil-bżonn”.