Ritratti: Il-President tgħid li kburija bil-Maltin waqt il-Fun Run

IRIS – Vision of Solidarity & The Malta Community Chest Fund Foundation

Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet kemm hi kburija bil-Maltin li ta’ kull sena, waqt il-Fun Run, juru kemm għandhom qalbhom ta-deheb.

Bosta kienu dawk li llum pparteċipaw fl-10 edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run, ġirja jew mixja annwali b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Ir-rotta tal-ġiri telqet mir-Rabat, filwaqt ir-rotot tal-mixi telqu minn Raħal Ġdid, minn Santa Venera, u mill-Università fl-Imsida. Il-President Marie-Louise Coleiro Preca, telqet mill-Università, flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, u l-Kap tal-Oppożizzjoni  Adrian Delia, flimkien ma’ għadd ta’ membri parlamentari oħra.

Il-President fakkret li l-ispiża tal-Fondazzjoni għall-kimoterapija speċjalizzata qed tlaħħaq it-€800,000 fix-xahar u appellat lill-Maltin u l-Għawdxin biex jerġgħu juru kemm huma poplu li jħaddan il-valur tas-solidarjetà.